Raġel ta’ 79 sena tilef ħajtu wara li żela u sofra xi ġrieħi fi Triq ix-Xatt fl-Isla.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħodu.
Fil-post issejjaħ tim mediku sabiex jassist lill-vittma li huwa residenti l-Isla stess, iżda sfortunatament huwa ġie ċċertifikat mejjet.
Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>