Il-maltemp li ilu għaddej għall-aħħar sigħat, b’xita qliel u bla waqfien għal iktar minn 24 siegħa u riħ qawwi li mistenni jiżdied ħoloq numru ta’ perikli madwar pajjiżna fosthom siġra oħra li nqalgħet fin-niżla tas-Saqqajja.
Fortunatament f’dan il-każ ħadd ma weġġa’ u ma jidhirx li ntlaqtu karozzi għalkemm in-niżla fid-direzzjoni lejn Ħ’Attard għadha mblukkata, bil-karozzi li qed ikunu sfurzati jmorru man-naħa l-oħra tat-triq.
//= $special ?>

