Lokali

FILMAT: Tegħreq ukoll ir-residenza San Vinċenz de Paul

Lejl xejn sabiħ għall-anzjani residenti tar-residenza San Vinċenz de Paul u l-professjonisti li jieħdu ħsiebhom hekk kif numru ta’ swali spiċċaw mgħarrqa bl-ilma tax-xita.

Kawża ta’ dan, numru ta’ residenti kellhom jiċċalqilqu mis-swali fejn huma residenti, waqt li l-infermiera spiċċaw jużaw il-lożor biex jiġbru kemm jifilħu ilma.

Net News hu nfurmat li s-swali affetwati huma dawk bl-isem ta’ R.B. li s-sena li għaddiet inħarġilhom permess biex isir xogħol ta’ refurbishment fihom.