Internazzjonali

IL-LIBJA: In-NU tikkundanna t-terrur ġo moskea ta’ Benghazi

 

Il-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Libja (il-UNSMIL) ikkundannat attakk bil-bomba li sar ġo moskea ta’ Benghazi matul il-lejl u li ħalliet talanqas tnejn mejtin u madwar 150 midruba, fosthom tfal.

Il-messaġġ tal-UNSMIL esprima stmerrija partikulari għal dan l-attakk ( it-tieni wieħed  f’zona għal devozzjoni fl-inħawi ta’ Benghazi għal anqas minn xahar) waqt li tenna t-tħassib tiegħu dwar il-vittmi ċivili.

In-NU kompliet li l-attakki indiskriminattivi li jolqtu liċ-ċivili huma projbiti taħt il-liġi umanitarja minbarra li jikkostitwixxu reati tal-gwerra. Dan fost l-inisistenza li jinqabdu l-awturi responsabbli mid-dmija u li ssir il-ġustizzja magħhom.

Il-Gvern Libjan fi Tripli, li għandu l-appoġġ tan-NU, ukoll ikkundanna l-attakk fuq il-moskea u ħeġġeġ għal impenji konġunti kontra t-terroriżmu u kontra kulmin qed jhedded is-sigurtà tal-pajjiż.

Il-Libja ilha tbati minn kaos u taqlib miż-żmenijiet tar-ewwixta storika tal-2011 li warrbet ir-reġim tal-eksdittatur, Muammar Gaddafi.