Lokali

Il-maltemp iħassar il-Karnival għal-lum

B’konsegwenza tal-maltemp li ħakem il-gżejjer Maltin, il- karnival illejla spiċċa tħassar. Dan filwaqt li kien hemm eluf ta’ ewro fi ħsarat speċjalment fil-Belt Valletta.

Kien hemm diversi ħsarat fl-apparat televiżiv li ġie armat sabiex ikunu jistgħu iwasslu dak li kien ser ikun għaddej fil-Belt Valletta. Kin hemm ukoll ħsara estensiva f’żewġ karrijiet li tħallew il-Belt filwaqt li dawk li tħallew taħt it-tinda f’Raħal Ġdid sofrew ħsara inqas.

Il-kumpaniji issa qed jingħaqdu sabiex kemm jista jkun jgħinu lil xulxin u jsewwu l-ħsarat li għandhom. Dan sabiex għada fis-sitta ta’ filgħodu jibdew jsuqu lejn il-Belt Valletta fejn mistennija jiġu esebiti il-karrijiet, dejjem jekk jippermetti t-temp.

Madanakollu, għaddejjin ukoll diversi diskussjonijiet sabiex ikun hemm spettaklu ieħor t-Tlieta. Sa issa, l-karnival tal-Ħamrun mistenni li isir għada filgħodu, filwaqt li deċiżjoni fuq il-kumplament għadha trid tittieħed.