Iż-żewġ Britanniċi, indikati bħala terroristi tal-ISIS, li għadhom kemm inqabdu fis-Sirja għandhom ikunu proċessati fil-qorti kriminali internazzjonali ta’ The Hague aktar milli jintbagħtu fil-kumpless tal-ħabs fil-Bajja ta’ Guantanamo, f’Kuba.
Dan qalu l-Ministru tad-Difiża Britanniku, Tobaias Ellwood, li sostna l-importanza ‘li t-terroristi ta’ kull nisel jagħtu kont għal għemilhom b’mod xieraq u trasparenti’.
Alexanda Kotey u El Shafee Elsheikh, li nqabdu mill-qawwiet Sirjani Kurdi, kienu l-aħħar żewġ membri ‘ħielsa’ minn grupp ta’ erba’ terroristi tal-ISIS imlaqqmin ‘The Beatles’ minħabba l-aċċenti Britanniċi tagħhom.
Intant, xi rapporti qalu li t-terroristi – famużi għall-esekuzzjonijiet ta’ ostaġġi mill-Punent — issa tilfu d-dritt li jikkunsidraw lilhom infushom ċittadini tar-Renju Unit.
Il-ġellieda li qabdu lil Kotey u Elsheikh, fl-istess ħin, qalu li għad iridu jirċievu talba mingħand xi pajjiż li hu lest biex jieħu f’idejh liż-żewġ terroristi.
//= $special ?>


