Lokali

Ix-xita tħassar ukoll l-isport ‘indoor’ tal-futsal

Ix-xita qalila tal-aħħar sigħat wasslet saħansitra biex jitħassar il-logħob sportiv indoor bħalma hu dak tal-futsal.

Filfatt kif jidher f’dawn ir-ritratti tal-fotografu Joe Borg, il-Ġimgħa filgħaxija ġew posposti żewġ logħbet mill-kampjonat lokali tal-futsal hekk kif il-Padiljun inbidel f’għadira minħabba l-ilma dieħel mis-saqaf.

Kawża ta’ dan kellhom jitħassru l-logħob bejn Imrieħel ESS u Swieqi United, kif ukoll Valletta FC Futsal kontra Hamrun Tre Angeli.

Ritratt: Joe Borg