Lokali

Posposti l-attivitajiet ta’ dalgħodu b’rabta mal-Karnival

L-attivita’ ta’dalgħodu tal-Karnival tat-tfal ġiet posposta għal nhar it-Tnejn filgħodu fl-10:00.

Il-programm għal dalgħodu kellu jikkonsisti f’Karnival minn Pjazza San Ġorġ sa Triq ir-Repubblika bejn id-9.30am – 11.30am. bil-parteċipazzjoni ta’ żfin u sfilata żgħira inkluż ir-Re tal-Karnival u maskeruni iżolati.  L-isfilata tkompli tul Triq ir-Repubblika.

Dawk li xtraw il-biljetti għall-attività ta’ dalgħodu jistgħu jużaw l-istess biljetti għal nhar it-Tnejn filgħodu.

S’issa, il-programm ta’ wara nofsinnhar se jibqa’ għaddej kif kien programmat jiġifieri fi Pjazza San Ġwann fil-5pm, 6pm, 7pm, se ssir il-Qarċilla bi produzzjoni teatrali mtella’ minn Teatru Malta.

Fi Pjazza San Ġorġ mill-5pm ’il quddiem se jkun hemm programm fi Pjazza San Ġorġ bil-parteċipazzjoni tal-kumpaniji taż-żfin u, Karrijiet Trijonfali waqt li fi Pjazza mit-8pm sat-tard suppost se jsir l-ballu Tritoni 18 , madwar il-Funtana tat-Tritoni qabel id-daħla tal-Belt Valletta. Il-kumpaniji tal-Karnival kollha kif ukoll il-pubbliku ġenerali hu mistieden jieħu sehem.