Il-Kunsill tal-Unjin tat-Tobba, il-MAM ivvota favur li jkun hemm aktar azzjonijiet industrijali bil-possibiltà li jiħraxu jekk in-negozjati mall-gvern ifallu.
Jekk il-ftehim ma jintlaħaqx l-azzjonijiet industrijali mistennija jidħlu fis-seħħ nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa.
Il-MAM tinsab f’kunflitt mal-Gvern dwar il-mod kif it-tliet sptarijiet, San Luqa, l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u Karin Grech kienu trasferiti għand Vitals Global Healthcare u l-mod kif il-konċessjoni issa qed tiġi trasferita għand Steward Healthcare.
Minbarra l-fatt li l-kuntratti inżammu sigrieta, il-union qed tinsisti li f’privatizazzjoni fil-futur it-tobba għandhom ikunu infurmati minn sitt ġimgħat qabel.
It-Tlieta saru azzjonijiet industrijali li wasslu biex tħassri 1,800 appuntament fl-Outpatients u fil-Kliniċi.
Jekk ikun hemm il-ħtieġa ta’aktar azzjonijiet industrijali mhux eskluż li f’dawn l-azzjonijiet ikunu involuti aktar setturi. Fi stqarrija s-Segretarju Ġenerali tal-MAM Martin Balzan qal ukoll li ma jeskludix li tittieħed azzjoni legali jekk ikun hemm il-bżonn.
//= $special ?>


