B’mod mill-aktar misterjuż, sufan imdaqqas spiċċa f’nofs ta’ triq… fuq mutur privat.
Persuna tellgħet dan ir-ritratt fuq Facebook, ta’ sufan li spiċċa fuq il-mutur tagħha fi Triq Patri Wistin f’Marsaskala.
Għalkemm mhux magħruf kif dan is-sufan spiċċa f’nofs ta’ triq, mhux eskluż li tar minn xi gallarija jew terrazzin b’kawża tar-riħ qawwi tal-aħħar tas-sigħat. Filfatt, mir-ritratt, jidher li s-sufan huwa tar-rattan – materjal pjuttost ħafif.
Il-persuna li poġġiet dan ir-ritratt fuq Facebook qalet li l-mutur ġarrab xi ħsarat li sfortunatament m’humiex koperti bil-polza tal-assikurazzjoni tal-mutur. Ir-ritratt itella’ online bit-tama li sid is-sufan javviċina lil sid il-mutur biex jilħqu kompromess dwar il-ħsarat.
//= $special ?>