Lokali

TWISSIJA MID-DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI: Evitaw sewqan bla bżonn

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qed jirrakomonda biex kemm jista’ jkun jiġi evitat sewqan fit-toroq minħabba l-ammont ta’ xita li niżlet f’dawn l-aħħar sigħat.

Fi stqarrija, id-Dipartiment qed jappella biex fejn wieħed ma jistax jagħmel mod ieħor, is-sewwieqa jieħdu ħsieb minn fejn jgħaddu b’responsabbilita’ ħalli jiġu evitati inċidenti fit-toroq.

Kif wieħed jista’ jimmaġina, wara iktar minn 24 siegħa ta’ xita bla waqfien, diversi toroq jinsabu mgħarrqa filwaqt li daħlu diversi rapporti ta’ friegħ tas-siġar imkissra, ħitan tas-sejjiegħ li ġġarfu u tappieri li nqalgħu bil-pressa tal-ilma.