Lokali

Spettaklu u briju għall-Karnival

Ritratt: Martin Agius

Għal sena oħra reġa’ irritorna l-Karnival tant mistenni minn ħafna. Spikkaw il-maskri kkuluriti, karrijiet enormi, kostumi u kif ukoll ma setgħax jonqos il-briju li ġġib miegħu din iċ-ċelebrazzjoni.

Għalkemm it-temp għall-Ħadd ma ppermettix, saħansitra b’xi ħalbiet tax-xita lejn nofsinhar, l-attivitajiet għall-Karnival fil-Belt Valleta saru kif pjanati. Dan il-jum huwa importanti kemm għall-organizzaturi tal-Karnival u anke għan-nies li jitilgħu il-Belt Valletta biex igawdu l-ispettaklu ta’ kuluri, mużika u brijju.

Għal din is-sena, preżenti kien hemm tliet baned mużikali fil-Ħamrun, ħames karrijiet kif ukoll maskaruni u numru kbir ta’ skejjel ta’ żfin li kienu qed jgħatu briju f’dan il-jum. Mill-Ħamrun imxew lejn il-Belt Valletta fejn ir-Re tal-Karnival fetaħ il-Karnival.

Il-programm għall-Ħadd beda fin-nofs siegħa fejn saret sfilata bil-karrijiet li tat spettaklu lil dawk preżenti fit-toroq prinċipali tal-Belt Valletta u fil-Floriana. Iktar tard wara nofsinhar beda programm ieħor fi Pjazza San Ġorġ minn numru ta’ kumpaniji, karrijiet u maskeruni.

Ritratti: Martin Agius

Fis-7pm beda Ballu Tritoni madwar il-Funtana tat-Tritoni. Ballu akkumpanjat minn DJs lokali kif ukoll se spettaklu mill-Big Band Brothers.

Il-Ġimgha u s-Sibt l-attivitajiet tal-Karnival kellhom jitħassru minħabba x-xita u r-riħ li laqtu l-Gżejjer Maltin. Il-karrijiet kienu qed jinżammu għall-kenn taħt tinda fil-Marsa li ntramat għal tal-apposta biex ma jiġrilhomx ħsara, ghalkemm sforutnatament xorta waħda kien hemm karrijiet li ġarrbu xi ħsarat.