Matul il-lejl li għadda, waqt li ħafna kienu qed jiċċelebraw il-karnival u jiddevertu b’xi mod jew ieħor, il-membri tal-Protezzjoni Ċivili kienu għaddejjin b’ħidma diffiċli u twila biex ibattlu l-ilma minn kumpless ta’ garaxxijiet fl-Imsida.
Il-ħidma tagħhom, fi Triq Santa Venera fl-Imsida, bdiet għall-ħabta ta’ nofsinhar tas-Sibt, u sal-għaxra ta’ filgħaxija l-ħidma kienet għadha għaddejja. Dan filwaqt li fuq ġewwa, fil-garaxxijiet taħt il-livell tat-triq, kien hemm diversi karozzi u oġġetti oħra mgħarrqa.



