Internazzjonali Mużika

Meta u Moro jirbħu l-Festival ta’ Sanremo

Ermal Meta (xellug) u Fabrizio Moro

It-68 edizzjoni tal-festival ta’ Sanremo ntrebaħ mill-koppja Ermal Meta u Fabrizio Moro bil-kanzunetta ‘Non mi avete fatto niente’.
Fil-ftuħ tal-festival il-koppja kienet qed tissogra li tkun imkeċċija wara li kien hemm suspetti li l-kanzuentta tagħhom kienet ikkumpjata minn kanzunetta oħra imma investigazzjoni wera li dan ma kienx il-każ.
Fit-tieni post kien hemm Lo Stato sociale bil-kanzunetta ‘Una vita in vacanza’ filwaqt li fit-tielet post spiċċat Annalisa b’’Il mondo prima di te’.
Dan wara s-serata finali lis aret is-sibt filgħaxija. Festival li kien preżentat mill-kantant Taljan Claudio Baglioni flimkien ma’ Michelle Hunziker u Pierfrancesco Favino.