Lokali

Raġel isofri ġrieħi gravi waqt argument b’sikkina f’San Pawl il-Baħar

Raġel ta’ 47 sena mill-Mosta weġġa’ gravi wara argument b’sikkina fi Triq L-Imrejkba, San Pawl il-Baħar.

L-argument seħħ għall-ħabta tat-3:30a.m bejn ir-raġel ta’ 47 sena u bejn raġel ieħor ta’ 44 sena mill-Għargħur. Fl-argument kienu nvoluti wkoll persuni oħra li ħarbu minn fuq il-post.

Waqt l-argument ir-raġel ta’ 47 sena allegatament sofra ġrieħi gravi b’sikkina u ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura medika, fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzonijiet mill-Għassa tal-Qawra għadhom għaddejjin.