Il-Karnival tan-Nadur hu famuż għall-ispontanjetà tiegħu. Iżda vann li deher waqt il-karnival ta’ din is-sena qajjem kontroversja kbira fuq il-media soċjali.
Dan hekk kif dan il-vann ġie mpinġi bi kliem li jirredikola persuni bi problemi b’saħħa mentali. Fost oħrajn kliem bħal ‘Mount Carmel taxi’, ‘crazy’ u ‘sick people’.
Diversi persuni fuq facebook iddeskrivew dan il-vann u l-kitba fuqu bħala ‘diżgustanti’. Dan fl-isfond tal-impenn ġenerali tas-soċjetà li jnaqqas l-istigma marbuta ma’ persuni li jbatu b’kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali.
Din is-sena, il-kanzunetta rebbieħa tal-Eurovision f’Malta għandha messaġġ kontra din l-istigma, tant li l-kantanta rebbieħa Christabelle nħatret mill-President ta’ Malta bħala ambaxxatriċi għall-promozzjoni tas-saħħa mentali.
//= $special ?>Christabelle maħtura ambaxxatriċi tal-President ta’ Malta għas-saħħa mentali