Aġġornament: Fortunatament żiemel li ħarab mill-inħawi ta’ Ħal Qormi ġie kkontrollat mingħajr konsegwenzi la għalih u lanqas għal vetturi jew sewwieqa oħra li nzertaw għaddejjin mill-inħawi.
Iktar kmieni: Is-sewwieqa li għaddejjin mill-inħawi ta’ Ħal Qormi u Ħal Luqa qed jintalbu jsuqu b’attenzjoni hekk kif ftit tal-ħin ilu sfratta żiemel u ħarab lis-sidien tiegħu.
Iż-żiemel deher għaddej bil-ġiri minn Ħal Qormi fid-dirzzjoni ta’ Ħal Luqa, b’dan ir-ritratt li ttieħed propju quddiem il0huts tal-Ingliżi li kienu użati mid-dilettanti tal-karnival.
Bħalissa għaddejjin tentattivi bl-iskop li jitwaqqaf u jinqabad iżda l-ħidma jidher li qed tkun waħda diffiċli. Mhux magħruf jekk saritx ħsara lil karozzi li nzertaw għaddejjin mill-inħawi.
//= $special ?>

