Mhux aċċettabbli li biex niddevertu, noffendu lil nies li għaddejjin minn diffikultajiet ta’ saħħa mentali.
Din kienet ir-reazzjoni tal-President ta’ Malta Marie Louise għall-vettura li ħolqot kontroversja fil-Karnival tan-Nadur u fuq il-media soċjali. Hi sostniet il-kundanna tagħha għall-aġir ta’ dawk li pparteċipaw b’mod irresponsabbli u insensittiv.
Il-President ta’ Malta esprimiet solidarjetà mal-persuni li għaddejjin minn diffikultajiet ta’ saħħa mentali, kif ukoll mal-familji tagħhom. Fl-istess waqt, appellat li l-poplu jingħaqad ħalli dawn ikunu mgħejjuna u l-istigma f’pajjiżna tispiċċa darba għal dejjem.
//= $special ?>

