F’perjodu ta’ għaxar snin, il-popolazzjoni Maltija żdiedet bi kważi 55,000 biex sal-2016 l-ammont ta’ persuni li jgħixu f’pajjiżna tela’ għal 460,297 persuna.
Dan joħroġ minn statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, li jieħu kont ukoll tal-barranin li jgħixu fil-gżejjer Maltin.
L-istatistika tqabbel il-popolazzjoni ta’ pajjiżna fl-2016 ma’ dik ta’ għaxar snin qabel, fl-2006, fejn toħroġ din iż-żieda drastika tal-popolazzjoni lokali.
Fl-2015, il-popolazzjoni kienet ta’ 451,569, jiġifieri l-popolazzjoni ta’ pajjiżna żdiedet bi ftit inqas minn disat elef persuna f’temp ta’ sena, bejn l-2015 u l-2016.
Mill-istatistika jirriżulta li 11.8% tal-popolazzjoni hi ffurmata mill-barranin, waqt li 17% huma żgħażagħ taħt it-18-il sena. 18.9% tal-persuni li jgħixu f’Malta għandhom 65 sena jew iktar.
Hu mistenni li trabi li twieldu fl-2006, bħala medja jgħixu sa kważi 81 sena għall-irġiel u 84 sena għan-nisa. F’Ottubru li għadda mal-JobsPlus kien hemm 37,717-il ħaddiema barrani rreġistrat li qed jaħdem f’pajjiżna.
U dan in-numru mistenni jkompli jikber drastikament hekk kif hu kkalkulat li fl-erba’ snin li ġejjin l-ammont ta’ barranin li jaħdmu f’pajjiżna jista’ jiżdied bi 30,000 oħra.
//= $special ?>

