Sport Sport Ieħor

Futsal – Il-Portugall inkurunati champions tal-Ewropa

Futsal – Fi tmiem il-ġimgħa l-Portugall għelbu lil Spanja fil-finali tal-Kampjonat Ewropew biex rebħu dan it-titlu għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom.

Fil-belt ta’ Ljubljana fis-Slovenja l-Portugiżi ħarġu rebbieħa bi skor ta’ 3-2 fil-ħin barrani.

Kien Ricardinho li poġġa lill-Portugall fil-vantaġġ wara biss 59 sekonda. Minuta qabel tmiem l-ewwel tasqima Spanja ġabu d-draw b’gowl ta’ Tolra. Huma komplew jagħfsu u żiedu ieħor permezz ta’ Lin.

Minuta qabel tmiem il-logħba Bruno Coelho skurja gowl biex sforza l-ħin barrani u reġa’ kien l-istess plejer li skurja biex ta r-rebħa lill-Portugall.