Lokali

Grazzi għal NET News Alfred Spiteri issa għandu saqaf fuq rasu

Il-Gvern kien ħasel idejh minn dan il-każ

Wara l-istorja żvelata minn dan is-sit, dik ta’ Alfred Spiteri li spiċċa jgħix f’kantina abbandunata, NET News jikkonferma li wara l-istorja l-anzjan sab saqaf fuq rasu grazzi għas-sorijiet tal-Little Sisters of the Poor.

Wara li ppublikajna l-istorja dwar dan l-anzjan il-Gvern ħareġ jgħid li dan l-anzjan kien telaq minn jeddu minn residenza fil-Mellieħa. Imma eventwalment il-gvern kien ħasel idu minn dan il-każ.

Kien propju llum wara li ppublikajna l-istorja li NET news irċieva ħafna telefonati biex jgħinu lil dan l-anzjan fost oħrajn irċevejna telefonata mill-Kappillan tal-Iklin li xtaq jgħin lil Alfred billi jsiblu residenza. Infurmati wkoll li wara li xandarna l-istorja ta’ Alfred Spiteri uffiċjali tal-Gvern żaru l-post fejn kien qed jgħix l-anzjan.

NET News għalhekk jikkonferma li llejla Alfred Spiteri għandu saqaf u sodda komda fejn se jkun jista’ jistrieħ

FILMAT: “Aħjar immut” – Anzjan li qed jgħix f’kantina fi dlam ċappa, ħmieġ, intiena umdità