Il-ħaddiema tas-salvataġġ Russi sabu madwar 200 parti tal-katavri ta’ dawk li kienu abbord l-ajruplan tas-Saratov Airlines li ġġarraf il-Ħadd f’għalqa barra l-kapitali, Moska.
Fl-istess ħin hemm mas-600 persuna li qed jagħmlu tfittxija fiz-zona fejn iġġarraf l-ajruplan, kemm biex jinġabru il-fdalijiet tal-persuni kif ukoll l-ajruplan.
Kien hemm rapporti li l-bdot ftit wara t-tluq kien qal li kien hemm ħsara abbord. Imma l-uffiċjali Russi qalu li dan ma kienx minnu. S’issa jidher li l-uffiċjali Russi qed jeskludu t-terroriżmu minn din it-traġedja. L-uffiċjali qalu li meta l-ajruplan iġġarraf mal-art kien għadu sħiħ, li jfisser li ma kien hemm l-ebda splużjoni fl-ajru. //= $special ?>








