Kultura Lokali Mużika

Il-karnival fost xita, xemx u sħab iswed

Il-karnival ikompli illejla bl-isfilata tal-karrijiet

Minkejja x-xita li niżlet f’diversi ħinijiet tal-ġurnata, mijjiet ta’ tfal dalgħodu ħonqu l-Belt Valletta għall-attivitajiet tal-Karnival.

Il-mużika u l-kuluri kienu l-aktar żewġ elementi li spikkaw madwar it-toroq tal-kapitali fejn ħadu sehem ukoll numru ta’ kumpaniji taż-żfin.

Il-karnival jilħaq il-qofol tiegħu għada filgħaxija bl-isfilata fi Strada Sant’Anna, il-Floriana.