Internazzjonali

Jingħalaq l-ajruport ta’ London City minħabba bomba

Il-London City Airport kellu jingħalaq wara li fil-qrib instabet bomba minn żmien it-Tieni Gwerra Dinjija.
Il-bomba tinsab fix-Xmara Thames u sakemm tkun żarmata, l-ajruport se jinżamm magħluq u t-titjiriet kollha minn u lejn l-ajruport tħassru. Żvilupp li effettwa mas-16,000 passiġġier.
Il-bomba nstabet waqt xogħlijiet li kienu qed isiru fl-ajruport fil-Lvant ta’ Londra.
Apparti l-ajruport, is-sejba tal-bomba effettwat ukoll djar fil-qrib. Dan peress li kellha tkun evkawata zona ta’ 214 metru minn madwar il-post fejn instabet il-bomba.