Keane Cutajar
Tarxien R…………………..5
Naxxar L……………………2
F’partita ta’ xejn inqas minn seba’ gowls, Tarxien Rainbows kisbu tliet punti importanti li jistgħu jiswew mitqlu deheb fl-aħħar tal-istaġun f’konfront dirett lejn in-naħa t’isfel tal-klassifika.
Dan wara li għelbu lil Lija bi skor ta’ 5-2 biex laħqu lill-istess Lions fil-klassifika meta issa ż-żewġ timijiet jinsabu b’14-il punt wara 19-il-logħba hekk kif ftit ftit qed naslu f’parti kruċjali tal-kampjonat.
It-tim ta’ Jose Borg għamel id-doppjetta fuq dak ta’ Naxxar hekk kif aktar kmieni fl-istaġun kienu wkoll rebħu bl-iskor ta’ 2-1.L-ewwel azzjoni marret in-naħa ta Tarxien wara 20 minuta meta’ Andrew Agius iltaqa ma’ ballun barra l-kaxxa qabel venven lejn il-lasta iżda Christoph Nicht bi bravura dawwar f’korner minn fuq il-lasta. Sekondi biss wara Naxxar irrispondew b’xutt simili li iżda għadda ċentimetri barra.
Ir-Rainbows marru minn fuq fis-36 minuta meta’ Ricardo Silva FARIA sab ruħu f’pożizzjoni tajba fil-kaxxa u kif għamel aktar drabi milli le dan l-istaġun tefa’ fix-xiba.
Il-Lions irrispondew b’gowl żewġ minuti wara permezz ta’ Daniel Mateo BUSTOS li minn pożizzjoni angolata fil-kaxxa ż-żgħira rnexxielu jitfa’ wara Cassar. Id-difensuri pruvaw jilħqu l-ballun qabel dan qabeż il-linja iżda t-tentattiv kien għalxejn.
It-tim ta’ Jose Borg reġgħu marru minn fuq fil-41 minuta b’gowl ta’ klassi minn Wellington DE OLIVEIRA VIERA li qabad lil Nicht barra minn postu u bi bravura personali qabbeż dritt għal ġewwa.
Sekondi minn tmiem l-ewwel taqsima DE OLIVEIRA VIERA għamilhom tnejn personali u tlieta għal Tarxien meta’ spara ġmiel ta’ xutt minn pożizzjoni kemxejn angolata fir-rokna tax-xibka.
Naxxar żgur li fetħu t-tieni t-taqsima eżatt kif xtaq il-kowċ Oliver Spiteri hekk kif wara freekick tas-solitu Bustos, Ebiabowei BAKER għamel dak li ma xtaqx u bir-ras tefa’ fir-rokna tax-xibka tiegħu stess.
Il-karattru ta’ Tarxien reġa deher għal darb’ oħra f’din il-partita meta reġgħu rrispondew immedjatament b’gowl ieħor. Darryl Agius saffar għal penalty fid-49 minuta meta l-ballun deher jaħbat ma’ idejn difensur ta’ Naxxar.
Mill-ħdax-il metru, din id-darba kien imiss lil Samba TOUNKARA li jniżżel ismu fost l-iskorers hekk kif tefa’ fis-saqaf tax-xibka.
Mas-siegħa logħob Duane Bonnici seta’ naqqas id-distakk meta sab ruħu waħdu quddiem Cassar iżda l-gowlkiper kien tajjeb baqa fuq saqajh biex imblokka tajjeb.
Fid-68 minuta Tarxien setgħu għal kollox għalqu l-partita wara li Faria kien tajjeb għeleb in-nasba tal-offside iżda m’għamilx l-istess quddiem Nicht li b’akrobazzija salvalu t-tentattiv tiegħu.
Il-festa ta’ gowls kompliet fis-87 minuta meta din id-darba, wara li reġa għeleb in-nasba tal-offside l-plejer tal-partita, Ricardo FARIA xeħet ġewwa, fost l-għajta għall-offside tan-Naxxarin.
//= $special ?>