Keane Cutajar
Ħamrun S……………………………….1
Gżira U………………………………….2
Gżira żammew il-pass ma’ ta’ fuq filwaqt li Ħamrun komplew bil-fażi pjuttost negattiva tagħhom hekk kif din id-darba kellhom riżultat favurihom li kien mdawwar kontrihom biex b’hekk baqgħu f’nofs il-klassifika.
L-ewwel taqsima ftit li xejn offriet azzjonijiet iżda it-tieni taqsima ħadet il-ħajja u iktar mal-ħin kompla aktar infetħtu iż-żewġ timijiet u l-attakki aktar żdiedu. Ironikament kellu jkun l-eksplejer ta’ Ħamrun Haruna Garba li ddeċieda l-konfront favur Gżira.
Ħamrun resqu viċin darbtejn infila wara għoxrin minuta logħob, l-ewwel b’Guilherme Felipe De Castro li stampa l-mimduda minn pożizzjoni ċentrali fil-kaxxa, qabel ma Dale Camelleri kellu x-xutt tiegħu mdawwar f’korner minn Anthony Curmi li kien pront niżel isalva.
Fis-27 minuta Marco Criaco ittanta xortih minn bogħod barra l-kaxxa iżda falla l-mira.
Criaco prova l-istess seba minuti wara iżda Curmi b’akkrobazzija veloċi dawwar f’korner.
Andrew Cohen daħal tajjeb minn pożizzjoni angolata mil-lemin lejn l-aħħar tal-ewwel taqsima iżda spara barra.
Ndubisi Emmanuel Okoye prova dirett minn freekick fil-50 minuta iżda Jake Grech kien attent ittipja f’korner. Sitt minuti wara Kris Tackray għamel l-istess minn pożizzjoni simili bix-xutt tiegħu joħroġ wisq ċentrali u l-ebda problema għall-gowlkiper tal-iSpartans.
Fil-58’ minuta Ħamrun fetħu l-iskor permezz ta’ Lydon MICALLEF li b’ġmiel ta’ xutt minn mal-limiti tal-kaxxa l-kbira ħalla lil kulħadd iħares u tefa’ fir-rokna.
Ħames minuti wara Okoye għamel l-impossibli u xeħet f’idejn Galea meta ġie waħdu mal-istess gowlkiper.
Ħamrun irrispondew immedjatament b’xutt ta’ Criaco li kien salvat fil-baxx minn Curmi f’zewġ tentattivi.
Okoye daħal tajjeb fil-kaxxa mix-xellug fit-68 minuta u allegatament kien imwaqqa minn Tristan Caruana bir-referee, Fyodor Zammit imedjatament ipponta lejn iċ-ċirku tal-kaxxa għal penlty ta’ Gżira. Is-solitu Amadou SAMB ma żbaljax taħt il-presjoni u tef b’saħtu fil-baxx fir-rokna.
Meta kien fadal kwarta logħob, Lydon Micallef ħarab minn mad-difensuri tal-United pero sab lil Anthony Curmi fl-aqwa tiegħu hekk kif imblokka tajjeb. Mir-rebawnd b’lasta prattikament vojta
Is-sostitut Haruna GARBA ta r-rebħa lil Gżirjani meta kien l-ewwel wieħed li laħaq il-ballun bir-ras fil-kaxxa ż-żgħira wara tgedġwiġija miż-żewġ settijiet ta’ plejers. Fost iċ-ċelebrazzjonijiet, il-kowċ ta’ Ħamrun għadda xi remarki lir-referee u spiċċa mkeċċi.
Garba żmarka tajjeb lill-Ħamruniżi wara pass inteliġenti ta’ Nicolai Muscat iżda naqas milli jagħqad id-doppjetta meta għamel l-impossibli u tefa barra.
Fl-aħħar sekondi il-maroons ħarġu bil-kontra attakk u wara xogħol tajjeb ta’ Muscat u Garba, Samb naqqas milli jolqot il-ballun kief ried u tefa f’idejn Galea.
//= $special ?>