Id-debutt tal-atleta Maltija Elise Pellegrin fl-Olimpjadi tax-Xitwa li qed isiru bħalissa fil-belt ta’ Pyeongchang ġie pospost.
Dan wara li hi t-Tnejn filgħodu kellha tiftaħ l-impenji tagħha biż-żewġ provi tal-Giant Slalom kellha l-kompetizzjoni posposta għal nhar il-Ħamis minħabba l-irwiefen qawwija li qed jaħkmu fil-korsa.
Dejjem jekk it-temp jippermetti Elise Pellegrin tkun fl-azzjoni nhar l-Erbgħa fis-Slalom.
Għal Pellegrin din se tkun it-tieni darba li se tkun qed tieħu sehem fl-Olimpjadi tax-Xitwa meta fl-2014 kienet diġa’ rrappreżentat lil Malta fl-edizzjoni li kienet saret f’Sochi.
//= $special ?>