Sport Sport Ieħor

Possibbiltà li jerġgħu jitħassru partiti mill-kampjonat tal-futsal

Persuni mill-klabb ta' Valletta kif ukoll wieħed mir-referees jiċċekjaw il-kundizzjoni tal-art il-Ġimgħa li għadda (Ritratt: Joe Borg)

Teżisti possibbiltà li l-partiti lokali tal-futsal jerġgħu jitħassru. Ix-xogħol fuq is-saqaf tal-Padiljun tal-Kordin beda dalgħodu iżda jista’ ma jkunx biżżejjed biex jitlesta kollox qabel il-logħbiet tal-lejla. Jekk ix-xita tibqa’ nieżla, hemm ċans tajjeb li dawn il-logħob jitħassru.

Il-Ġimgħa li għadda kienu tħassru l-logħbiet mill-kampjonat Elite bejn Mrieħel ESS u Swieqi United kif ukoll Valletta kontra Ħamrun Tre Angeli. Dawn il-logħbiet kienu posposti għal għada. Il-logħbiet skedati għal-lum huma Tarxien JMI v L-Università ta’ Malta fit-8.00pm u Qormi kontra Junior College fid-9.15pm.

 

Tags