Lokali Saħħa

Deċiżjoni finali dwar Il-proposti mressqa mistennija l-Erbgħa

Net News b'aktar aġġornamenti fil-ħin li ġej

Il-proposti li ressqu kemm l-Assoċjazzjoni Medika Maltija u l-Gvern se jkunu qed jiġu studjati u deċiżjoni dwarhom mistennija tittieħed waqt laqgħa oħra li mistennija ssir l-Erbgħa.

Dan hekk kif il-MAM qed thedded b’aktar azzjonijiet industrijali mit-tobba jekk ma jintlaħaqx ftehim mal-Gvern.

Aktar qabel: “Il-ballun f’saqajn il-Ministru”. Kien dan il-kumment li tana s-Segretarju Ġenerali tal-MAM Martin Balzan qabel daħal għal-laqgħa ma’ Chris Fearne, flimkien mal-membri tal-Kunsill tal-MAM. Dan hekk kif f’dawn il-ħinijiet qed jissuktaw it-taħdidiet bejn il-Gvern u t-tobba.

Is-Segretarju Ġenerali tal-MAM, Martin Balzan sostna li huma qed jistennew l-eżitu ta’ din il-laqgħa qabel jitħabbru aktar azzjonijiet, għalkemm it-tobba għandhom ideat oħra li illum se jpoġġuhom fuq il-mejda. Qal anke li jixtieqx jidħol fid-dettall ta’ dak li kien diskuss f’din il-laqgħa hekk kif ma jkunx xieraq li jagħmel dan għaliex il-MAM trid tiddiskuti fi ħdanha qabel tagħti aktar kummenti.