Il-preżentatriċi ta’ Le Iene Nadia Toffa żvelat li kienet qed issofri minn kanċer f’rasha u kien għalhekk li ilha nieqsa minn dan il-programm għall-aħħar xhur.
Toffa stqarret dan hekk kif ilbieraħ kompla mill-ġdid dan il-programm popolari ta’ ġurnaliżmu investigattiv fuq Italia 1. Hi qalet li kellha tiġi operata biex jitneħħielha t-tumur u għaddiet ukoll mill-kimoterapija u r-radjografija biex il-kanċer tneħħa għal kollox.
Iżda fuq kollox spikka l-messaġġ li għaddiet: “Ibqgħu trattawna bħala nies normali, minkejja li għaddejna minn din l-esperjenza. Ibqgħu aqbdu miegħu u ddieħqu bija, inkluż bil-parrokka li għalissa qed ikolli nilbes.”
Kien fil-bidu ta’ Diċembri li Toffa ddaħħlet b’urġenza fl-isptar San Raffaele f’Milan. Dan wara ħass ħażin li taha waqt li kienet f’lukanda fi Trieste.
Madankollu waqt il-programm tal-bieraħ stqarret li dan ma kienx kawża tat-tumur, anzi aktarx li dan salvaha għaliex kienu t-testijiet li sarula fl-isptar li wasslu biex jinstabu ċ-ċelloli tal-kanċer.
//= $special ?>