Lokali

13-il Malti jingħataw Ċertifikati ta’ Referees għal sparar sportiv b’armi tan-nar tal-kaċċa

13-il parteċipant Malti ngħataw Ċertifikati ta’ Referees wara li attendew b’suċċess kors organizzat mill-Federazzjoni Internazzjonali ta’ Sparar Sportiv b’Armi tan-Nar tal-Kaċċa (FITASC).

Il-kors sar, b’kollaborazzjoni mal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK), fix-Shooting Range tal-Malta Shooting Sports Federation (MSSF) fil-Bidnija u kien immexxi minn Hugh Smith, mibgħut mill-FITASC.