Lokali Mużika

ARA: Emma Muscat timpressjona bl-ewwel kanzunetta bit-Taljan f’Amici

Il-kantanta Maltija Emma Muscat, li bħalissa qed tikkompeti fil-programm ta’ Canale 5 ‘Amici’, kantat għall-ewwel darba kanzunetta bit-Taljan u saħħret lill-ġurija.

Muscat kantat ‘In Assenza Di Te’ ta’ Laura Pausini fl-aħħar programm tas-Sibt wara nofsinhar hekk kif issa mistennija tgħaddi għall-fażi li jmiss meta ‘Amici’, immexxi minn Maria def Flippi, jidħol fil-finali u jibda jixxandar prime time fuq Canale 5.