Bħalissa Christabelle tinsab fil-kapitali Portugiża sabiex tinġibed il-kartolina li se tintroduċi l-kanzunetta ta’ Malta għall-Eurovision Song Contest li ġej. Infatti r-rappreżentanti mill-pajjiżi parteċipanti li bdew jintgħażlu f’pajjiżhom qed imorru f’Lisbona biex jagħmlu dan.
Permezz tal-paġna tagħha fuq facebook, Christabelle Borg qalet li tinsab fil-Portugall.
Fil-jiem li ġejjin, Christabelle mistennija tirritorna f’Malta biex jibda l-ġbid tal-filmat mużikali tal-kanzunetta Taboo. Hija mistennija wkoll iddur numru ta’ pajjiżi fl-Ewropa bħala parti mill-pubbliċità għal pajjiżna għall-Eurovision.
//= $special ?>