Futbol Sport

FA Trophy – Tibdil fil-programm ta’ logħob

Fi stqarrija mibgħuta lill-midja l-MFA avżat li minħabba li l-Karnival ġie pospost għas-Sibt u l-Ħadd li ġej, il-partiti tal-FA Trophy li kienu skedati nhar il-Ħadd 18 ta’ Frar ġewwa l-Istadium Nazzjonali ser jintlagħbu kif gej:

Il-partiti tal-Malta FA Trophy Valletta vs Zejtun Corinthians u Hibernians vs Sliema Wanderers li kienu ser jintlagħbu nhar il-Ħadd 18 ta’ Frar 2018 ser jintlagħbu nhar is-Sibt 17 ta’ Frar 2018
fin-National Stadium fis-2.00pm u fl-4.00pm rispettivament.