Lokali Saħħa

TFAQQA ĠLIEDA F’MONTE KARMELI: Jaħrab pazjent mill-isptar

Ritratt: Lovin Malta
"Kien hemm kaos fil-kuriduri kollha ta' Monte Karmeli"

Rapporti li daħlulna fl-aħħar sigħat jindikaw illi ġewwa l-Isptar Monte Karmeli żviluppat sitwazzjoni xejn sabiħa. Dan wara li numru ta’ pazjenti ġew fl-idejn mal-infermiera u carers tal-istess sptar.

Is-sit LovinMalta qed jirrapporta li kien hemm pazjent illi saħansitra ħarab minn Monte Karmeli. Dan il-pazjent kien rikoverat fis-sala 8B.

Is-sitwazzjoni tant kienet gravi illi ftit tal-ħin ilu d-direzzjoni ta’ Monte Karmeli ordnat biex jingħalqu s-swali kollha.

Ritratt: Lovin Malta

Dan il-pazjent hu t-tieni wieħed li ħarab mill-Isptar Monte Karmeli f’temp ta’ ftit jiem. Fil-każ preċedenti, ir-raġel kien instab mejjet f’lukanda ġewwa Buġibba.

Mhux magħruf eżatt jekk kienx hemm pazjenti li spiċċaw feruti meta ġew fl-idejn.