Il-kultura hi wkoll li tappoġġja l-libertà tal-espressjoni u d-diversità fl-opinjoni għax dawn huma valuri Ewropej li aħna l-Maltin tant għandna għal qalbna.
Hekk qal il-Membru Parlamentari Ewropew f’isem il-Partit Nazzjonalista Francis Zammit Dimech fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat tal-Kultura, l-Edukazzjoni u l-Media fi ħdan il-Parlament Ewropew għall-Monitoraġġ tal-Valletta 2018.
Min-naħa tiegħu s-Sindku tal-Belt, li wkoll indirizza l-attività, fakkar fil-Mozzjoni li l-Kunsilliera Lokali Laburisti fil-Belt kienu se jressqu f’laqgħa tal-Kunsill illum biex jitneħħa l-mafkar f’ġieħ il-Ġurnalista maqtula Daphne Caruana Galizia mal-monument tal-Assedju l-Kbir.
Alexiei Dingli appella biex, fid-dell tal-avvenimenti li seħħ matul l-2017, il-Kumitat responsabbli mill-Valletta 2018 għandu jorganizza attivitajiet dwar il-libertà tal-espressjoni. Dan għax hi parti essenzjali tal-espressjoni kulturali tagħna.
Dwar dan, l-MEP Francis Zammit Dimech fakkar li l-Monument tal-Assedju jissimbolizza l-ġlieda favur il-libertà tal-espressjoni u għalhekk, hu importanti li jikkommemorizza wkoll lil persuna li ġġieldet favur il-libertà tal-espressjoni.
Matul il-laqgħa, saret ukoll enfażi fuq il-fatt li l-Valletta 2018 m’għandhiex tkun biss sensiela ta’ festi, iżda fuq kollox, dwar il-legat li din l-attività Ewropea se tħalli warajha b’risq Malta.
//= $special ?>

