L-Air Malta se tkun qed toffri t-trasport b’xejn sabiex il-katavru tal-vittma Dan Udrea jittieħed ir-Rumanija. Dan Udrea tilef ħajtu f’inċident skerz nhar is-Sibt li għadda meta waqgħet siġra fuq il-vettura tat-tip Nissan li kien qed isuq fi Triq Notabile l-Imrieħel.
Il-linja Nazzjonali ħabbret dan, permezz taċ-Chairman tagħha Charlie Mangion. Sħab Dan Udrea, inkluż il-kumpannija u l-klijenti, ħarġu l-flus biex il-funeral ta’ Dan isir f’art twelidu.
Apparti l-ġbir ta’ fondi mill-komunità Rumena f’Malta, l-istaff tad-Dipartiment tal-Emerġenza tal-isptar Mater Dei ħa l-inizjattiva biex il-katavru ta’ Dan jintbagħat ir-Rumanija għad-difna. Il-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei, Ivan Falzon, qal li f’anqas minn 12-il siegħa l-mira intlaħqet, bid-donazzjonijiet se jibqgħu miftuħa u se jingħataw lill-membri tal-familja Udrea.
Dan Udrea kien deskritt minn sħabu tax-xogħol bħala bniedem impekkabbli, ħabib u blata tal-kumpannija.
//= $special ?>