Lokali Saħħa

Il-MAM tissospendi l-azzjonijiet industrijali “b’sinjal ta’ rieda tajba”

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) issospendiet l-azzjonijiet industrijali li kienu ppjanati għall-Ħamis u l-Ġimgħa li ġejjin.

Fi stqarrija, il-Union qalet li ttieħdet din id-deċiżjoni b’sinjal ta’ rieda tajba wara l-laqgħat li nżammew fl-aħħar jiem bejn il-MAM u l-Gvern.

Madankollu, il-Union sostniet li filwaqt li kien irreġistrat progress fil-prinċipju, għadha qed tistenna l-eżitu tal-laqgħa ppjanata għal għada.

Dan bit-tama li tinstab soluzzjoni u ż-żewġ naħat ikunu jistgħu jkomplu jaħdmu flimkien għal konklużjoni xierqa.