Raġel mill-Użbekistan li qed jgħaddi ġuri fl-Iżvezja ammetta ħtija b’konnessjoni ma’ attakk bi trakk li kien seħħ f’April li għadda fi Stokkolma u li rriżulta f’ħames mejtin.
Rakhmat Akilov, li għandu 39 sena, ammetta li saq it-trakk b’veloċità f’zona tal-kapitali li hi riservata għan-nies u li ma tippermettix it-traffiku. Dan kien l-agħar attakk terroristiku fl-Iżvezja u kellu jseħħ wara li Akilov, fl-2016, ma ntlaqgħetlux it-talba għal kenn politika fl-Iżvezja.
Akilov, li esprima appoġġ għall-ISIS, deher manettjat f’qorti ta’ Stokkolma u issa – taħt il-liġijiet Żvediżi dwar it-terroriżmu – il-prosekuturi jridu juru li hu kellu l-intenzjoni li jwettaq ħsara lill-Istat. Intant, l-ISIS qatt ma assumew direttament ir-responsabbiltà għad-dmija ta’ April fi Stokkolma.
//= $special ?>

