Lokali Mużika

MUŻIKA: Deskritt bħala raġel determinat – Kanzunetta għal Bjorn Formosa

Id-determinazzjoni ta’ Bjorn Formosa serqet il-qlub tal-ħafna. Akkost dak kollu li għaddej minnu huwa baqa’ dejjem jagħti l-kuraġġ lil ħafna anke fl-aktar mumenti tat-tbatija.

Messaġġ ta’ tama ħareġ permezz tal-lirika ta’ Paul Ellul u mużika ta’ Dominic Cini, b’kanzunetta ġdida ‘Bjorn ir- raġel ta’ eżempju’, kantata minn Kristen Abela, Veroniva Rotin u Kira Copperstone.

‘Bjorn ir-raġel ta’ eżempju’ tkantat l-ewwel darba waqt attività li saret fil-11 ta’ Frar bit-tema ta’ San Valentinu b’risq l-ALS Malta.

F’kumment fuq Facebook, Bjorn qal li fl-aħħar snin seħħew ħafna affarijiet iżda din żgur qatt ma stenniha. Qal li l-ġest tagħhom juri mħabba. Qal li t-tim tal-ALS Malta ma jaħdimx biex jirċievi xi ħaġa lura iżda dan il-ġest u r-rigal se jibqa’ jgħożżu għal dejjem.