Internazzjonali

Għandu jkun akkużat fuq tixħim

Rapporti mill-istampa  sostnew li l-pulizija Iżraeljana qed tgħid li l-Prim Ministru ta’ Iżrael, Benjamin Netanyahu, għandu jkun akkużat dwar allegati każi ta’ tixħim.

Il-pulizija, proprju x-xahar li għadda, kienu interrogaw lil Netanyahu bħala parti minn inkjesta dwar allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni. Dak iż-żmien, il-Prim Ministru Iżraeljan kien tenna li ‘mhu se jiġri xejn għaliex mhemm xejn fuq wieħed jibbaża l-allegazzjonijiet’.

Iżda issa, l-istampa ta’ Iżrael qed tgħid li l-pulizija mistennija tħabbar li hemm provi biżżejjed biex jitressqu akkużi kontra Netanyahu dwar tixħim u ‘abbuż ta’ fiduċja’ b’konnessjoni ma’ żewġ każi separati.

Jidher li d-deċiżjoni finali dwar dawn l-akkużi se joħodha l-Avukat Ġenerali ta’ Iżrael.