Futbol Sport

Ryan Mason jirtira mill-futbol

Il-midfielder Ingliż Ryan Mason kien sfurzat jirtira mill-futbol wara injuries serji li sofra f’rasu f’Jannar ta’ sena ilu.

Mason, li għad għandu 26 sena kien ħabat rasu mad-difensur ta’ Chelsea Gary Cahill u kellu jkun operat immedjatament.

Mason, li anke lagħab darba mat-tim nazzjonali Ingliż ingħata parir mit-tobba li jkun aħjar jekk ma jibqax jilgħab il-futbol.

Mason kien qed jilgħab ma’ Hull f’The Championship.