L-investigaturi li għaddejjin bl-istħarriġ konness mat-tiġrif ta’ ajruplan tal-passiġġieri qrib Moska, il-kapitali tar-Russja, qalu li ‘is-silġ li għaqqad mas-sensors tal-ajruplan inkwistjoni’ seta’ wassal għat-traġedja li fiha tilfu ħajjithom 71 persuna.
L-ajruplan tal-linja tal-ajru Saratov iġġarraf nhar il-Ħadd, minuti biss wara li kien telaq mill-ajruport ta’ Domodedovo ( f’Moska). Issa, l-investigaturi qed jgħidu li l-istrumenti fuq l-ajruplan setgħu provdew ‘data ħażina dwar il-veloċità’ lill-piloti.
Dan meta l-ajruplan — Antonov An-148 — kien fi triqtu lejn Orsk, qalb il-muntanji ta’ Ural. Qabel it-traġedja ma kien hemm l-ebda kuntatt ta’ emerġenza min-naħa tal-bdoti.
//= $special ?>

