Fid-diskors tiegħu fil-Parlament, id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal li hemm ħaddiema li tneħħew minn fuq il-lista ta’ dawk li qegħdin ifittxu x-xogħol, u hemm madwar 600 ħaddiem li tħallew f’pożizzjoni li għandhom dħul ta’ 800 ewro fix-xahar.
Carm Mifsud Bonnici qal li hu jippretendi li dawn il-miżuri li ġew proposti mill-Gvern, ikun hemm inkluż li l-ħaddiema jieħdu l-arretrati – dan għax m’hemm ħadd li jaqbeż għall-ħaddiema. Id-deputat Nazzjonalista semma’ kif dawn il-ħaddiema ittieħdulhom 4,800 ewro kull wieħed – u ħaqqhom li jieħdu l-arretrati. Il-membru parlamentari qal li l-General Workers Union ma qabżitx għall-ħaddiema, iżda kien biss il-Partit Nazzjonalista li qażeb għalihom.
Fuq nota oħra, Carm Mifsud Bonnici indirizza l-kiri tal-propjetajiet. Qal li waħda mir-raġunijiet li xprunat iż-żieda tal-kirjiet hi li kien hemm zieda tal-15% taxxa fuq il-kera, u din iż-żieda ġiet effetwata fuq min jikri. Id-deputat qal li l-Gvern fil-miżuri tal-baġit, ma ħax ħsieb dawn in-nies vulnerabbli li ma jistgħux la jikkru u l-anqas jixtru. Min-naħa tal-Gvern ma hemmx miżuri konkreti biex jindirizzaw dawn il-problemi u huwa żball li ninjoraw din il-problema. Il-kirjiet qed jgħolew għaliex il-barranin jifilħu jħallsu aktar mill-Maltin.
It-tielet punt hu li dak li daħal tajjeb fl-avviż legali dwar is-sigurta soċjali u r-riduzzjoni u ż-żieda fil-pensjoni. Staqsa, jekk il-pajjiż qiegħed verament tajjeb ekonomikament kien jippretendi li f’dan il-mument tal-ewwel baġit kienet tidħol. Hemm nies li għandhom bżonn l-għajnuna tal-Gvern biex ikunu jistgħu ikampaw. Is-sitwazzjoni fil-pajjiż trid tkun bilanċjata. Carm Mifsud Bonnici żied li xi kultant ninsewn lil min id-divorzja jew lil min issepara – u dawn in-nies ukoll ħaqqhom il-protezzjoni tagħna.
Wara, hu indirizza d-definizzjoni tad-domiċilju f’pajjiżna. Stqarr li rridu nbiddlu din id-definizzjoni u mmorru fid-direzzjoni tal-Unjoni Ewropea, partikolarment bil-fatt illi r-Renju Unit se joħroġ mill-Unjoni Ewropea fil-futur qarib. Irridu li l-kunċett ta’ domiċilju jsir dak tal-habitual residence. Carm Mifsud Bonnici qal li ma tagħmilx sens li nibqgħu nżommu kunċett ta’ dritt pubbliku Ingliż, iżda issa rridu nimxu lejn il-kunċett Ewropew – jiġifieri dik tal-habitual residence. Din tal-aħħar hi wkoll aktar faċli biex tiddetermina fejn persuna tgħix u tista’ tipi ddomiċiljata.
Kemm dam hu Ministru, Carm Mifsud Bonnici qal li dejjem ippromwova l-habitual residence. Ma jistax ikun li nibqgħu nduru fuq deċiżjonijiet tal-Qrati tal-Ingliżi, li dejjem jinbidlu, biex ninterpretaw d-definizzjoni ta’ domiċilju fuq Qorti barra mill-Unjoni Ewropea, dawn huma effetti tal-kolonjaliżmu.
Bħala Oppożizzjonijiet għandna intenzjonijiet tajbin, ikkonkluda Carm Mifsud Bonnici.
//= $special ?>