L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin kkundanna l-mod kif ġurnalist ġie mfixkel milli jagħmel xogħlu waqt li lbieraħ filgħaxija kien qed jirrapporta l-andament tal-laqgħa pubblika tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.
Kif urew filmati mxandra, il-ġurnalist kien qed jiffilmja bil-mobile tiegħu, meta f’ħin minnhom ġie mxekkel waqt il-qadi ta’ dmirijietu minn persuna li kienet preżenti fis-sala fejn kienet qed issir il-laqgħa.
L-IĠM itenni l-importanza tar-rispett lejn ix-xogħol tal-ġurnalisti mill-pubbliku, filwaqt li jappella biex ġurnalisti jitħallew jagħmlu xogħlhom mingħajr ma jkunu f’riskju waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.
//= $special ?>