Tisfronda triq ġo Ruma, iżda fortunatament ħadd ma weġġa. Bħalissa qed issir ħidma sabiex isir magħruf x’kienet ir-raġuni wara dan l-isfrundar ta’ parti kbira ta’ art, li kif jidher fir-ritratti ħalliet xeni koroh.
Filfatt, numru ta’ karozzi waqaw madwar 10 metri l-isfel li nbelgħu mill-vojt tal-isfrundar. Skont l-ewwel informazzjoni mill-membri tal-protezzjoni ċivili ta’ Ruma, jidher li ċeda l-ħajt li jifforma parti minn sit ta’ kostruzzjoni li kaxkar miegħu numru ta’ karozzi ‘l isfel li kienu pparkjati fil-ġenb tat-triq ta’ fuq.
Skont informazzjoni li ġiet żvelata fil-media Taljana, jidher li ftit taż-żmien ilu kien ġie rrappurtat li l-art bdiet titlef l-ilma minħabba xi xquq. Binja ġiet evakwata mir-residenti li kienu qegħdin fiha bħala prekawzjoni, filwaqt li għaddejja ħidma mill-membri tal-protezzjoni ċivili. B’kollox fil-binja kien madwar għoxrin familja, li jammontaw għal bejn ħamsin u sittin persuna.
//= $special ?>