Lokali

FILMAT: Jerġa’ jinqabad jisraq bott tal-karità … jibdlu ma’ ieħor vojt!

Iż-żagħżugħ li fl-aħħar jiem deher fuq kameras tas-sigurtà jisraq bott bid-donazzjonijiet tal-karità, ħa l-flus li kien fih u issa nqabad ipartat l-istess bott vojt ma’ ieħor mimli ta’ ħanut ieħor.

Filmat ġdid juri lill-istess raġel, dejjem bil-ġakketta f’idu, iħares madwaru biex jara jekk hux jarah xi ħadd u jekk hemmx kameras tas-sigurtà. Meta mingħalih li ma kienx segwit, hu jiftaħ il-ġakketta, jpoġġi l-istess bott tal-karità li seraq minn spiżerija u jibdlu ma’ ieħor li kien hemm f’dan il-ħanut.

Jirriżulta li hi magħrufa l-identità tar-raġel, li qed jisraq biex jissodisfa vizzju li għandu. Filfatt, meta ġie ppubblikat l-ewwel filmat, Net News ġie nfurmat li qed isir minn kollox biex iż-żagħżugħ jiġi mgħejun.

FILMAT: Jisraq bott tal-karità minn ħanut f’Ħaż-Żabbar