B’gowls lejn it-tmiem Real Madrid għelbu lil Paris Saint-Germain 3-1 biex kisbu vantaġġ importanti x’jieħdu magħhom f’pariġi xahar ieħor. Kienet logħba mill-iktar diffiċli għal Real Madrid li marru minn taħt b’gowl ta’ Rabiot, iżda Real Madrid l-ewwel kisbu l-gowl tad-draw grazzi għal penalty skorjat minn Cristiano Ronaldo, fejn għalih dan kien gowl rekord għaliex kien il-100 gowl fil-UEFA Champions League mal-istess klabb.
Lejn it-tmiem wara li Real Madrid għaddew minn mumenti diffiċli wkoll, reġa’ kien Ronaldo li poġġa’ lil Real fil-vantaġġ u ftit wara kien Marcelo li skorja t-tielet gowl verament importanti. Ħafna kienu qed iqisu dan il-konfront bħala d-destin tal-manager Zinedine Zidane hekk kif Real huma maqtugħa mit-tellieqa għat-tuitlu fi Spanja.
Paris Sanit-Germain bdew mingħajr Thiago Silva fid-difiża u Ronaldo kellu tantattiv salvat bi bravura minn Areola. Wara bidu tajjeb tal-Ispanjoli PSG bdew jilagħbu aħjar u marru anki fil-vantaġġ fit-33 minuta b’azzjoni fuq il-lemin bil-ballun jiġi f’saqajn Rabiot li minn qagħda ideali ma żbaljax.
Real daħlu mill-ġdid fil-logħba eżatt qabel intemmet l-ewwel taqsima meta Toni Kroos fittex u rebaħ penalty xi ftit diskutibbli biex mill-11-il metru Cristiano Ronaldo daħal fl-istorja bil-100 goal tiegħu fil-UEFA Champions League.
Fit-tieni taqsima ż-ewġ naħat kellhom il-mumenti tagħhom u PSG dehru li se jiksbu r-żultat ferm importanti, sakemm ikkrollaw fl-aħħar minuti tal-konfront. Fit-83 minuta azzjoni ta’ Asensio li daħal erba’ minuti qabel, bil-kross tiegħu parzjalment salvat minn Areola u l-ballun ħabat ma rkupptejn Ronaldo u spiċċa fix-xibka.
Tliet minuti wara Asensio reġa’ kien determinanti fuq ix-xellug b’azzjoni simili u din id-darba l-kross tiegħu ġie f’saqajn Marcelo li għeleb lil Areola b’xutt mill-ewwel fuq l-ewwel lasta. Issa għal Paris Saint-Germain is-sitwazzjoni hi waħda diffiċli anki jekk mhux impossibli, iżda l-esperjenza tal-Ispanjoli tista’ tkun determinanti fit-tieni leg.
//= $special ?>