Lokali

Ikomplu l-laqgħat bejn il-MAM u l-Gvern – s’issa l-ebda ftehim ħlief fuq il-prinċipji

Komplew id-diskussjonijiet bejn il-Union tat-Tobba, il-MAM, u l-Gvern hekk kif l-Erbgħa saret laqgħa oħra mal-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne.

Fi tmiem laqgħa li damet madwar sagħtejn, is-Segretarju Ġenerali tal-MAM Martin Balzan iddikjara li ż-żewġ partijiet komplew jibnu fuq il-prinċipji li qablu fuqhom waqt laqgħa li saret jumejn qabel.

Diskussjonijiet li ffukaw fuq kollox biex fil-futur sitwazzjonijiet simili, fejn il-gvern jaqbad u jiffirma bejgħ tal-isptarijiet lil kumpanija privata mingħajr ma jitkellem mat-tobba.