Tħabbar li l-Polar Prize, li hu mlaqqam ‘in-Nobel tal-Mużika’, din is-sena se jingħata lill-grupp tal-heavy metal, Metallica. Il-premju jitqies bħala wieħed mill-aktar prestiġjużi fid-dinja tal-mużika.
Il-grupp se jingħata dan il-premju, li jinkludi wkoll is-somma ta’ aktar minn 100,000 ewro, waqt ċerimonja f’Ġunju, f’Stokkolma. Il-grupp hu l-ewwel wieħed heavy metal li rebaħ dan il-premju.
Il-grupp qal li s-somma li se jingħata kien se jagħtiha għall-karità li ħolqu, All Within My Hands, li jappoġġja komunitajiet fil-bżonn.
Rebbieħa tal-passat jinkludu Paul McCartney, Joni Mitchell, Chuck Berry u BB King.
Il-Polar Music Prize inħoloq fl-1989 minn Stig Anderson, il-manager, illum mejjet, tal-grupp Abba. L-isem hu tal-istudio complex, il-Polar Music, fejn l-Abba kienu għamlu l-aktar albums.
Agħafas hawn għas-sit tal-Polar Music Prize
//= $special ?>